Fr. Karm Debattista rritorna Malta wara għaxar xhur ta’ ħidma l-Pakistan. Bħalissa Fr. Karm qiegħed fi kwarantina għalkemm xħin tela’ fuq l-ajruplan kellu jipreżenta ċertifikat li hu ħieles mill-Covid-19. kellna x-xorti nitkellmu miegħu proprju llum fil-ġurnata li l-Pakistan qed jiċċelebraw l-Indipendenza tagħhom.
Skip Ad in 5 seconds Skip Ad
Staqsjenih, tħossok ixxurtjat li mort il-Pakistan fi żmien il-Pandemija? Il-kelma ‘ixxurtjat’ għorkitlu għajnejh xi ftit iżda qalilna, “Iva f’dan iż-żmien inħossni xxurtjat li stajt inkun għal dak il-perjodu diffiċli ta’ għajnuna għaliehom”. Jgħidilna li xħin telaq għall-Pakistan ħafna qalulu, ‘Għalfejn tielaq? Hawn għandna bżonnok’. Iżda meta daħlet il-pandemija, “Xi nies poġġew il-kliem, ‘issa nafu għaliex Alla ħadek il-Pakistan għax kont utli għal dawn in-nies foqra’” jgħidilna Fr. Karm.
Fi żmien li għamel hemm kien għamel sejħa u l-Maltin f’temp qasir bgħatulu 30elf euro sabiex ikun jista’ jixtri prodotti lill-familji fil-bżonn.