Is-sit Times of Malta kellu intervista ma' waħda mill-kollegi tal-vittma Bernice Cassar, fejn irrakkuntat kif lejl qabel tkellmet magħha, u qaltilha kemm ma bediex iħossha sew.

"Qaltli llum vera qed iħossni ħażin... għandi aptit nibki", qalet il-kollega ma' Times of Malta. 

Tirrakkonta dak kollu li fetħet qalbha dwaru, u qalet li kemm hi u kemm il-kollegi l-oħra minn dejjem kienu hemm għaliha. Il-lejla ta' qabel talbitha biex filgħodu twassalha għar-rapport li kienet għamlet, u ovvjament hekk għamlet.

"Minflok wassaltha għar-rapport, ġejt u sibtha mgħottija bil-liżar", kompliet tgħid b'qalb maqsuma. Ara aktar f'dan il-filmat dwar x'irrakkuntat eżatt mal-ġurnalista minn Times of Malta.


Gwida.mt