Fuq il-programm Awla l-preżentatur Luke Dalli jlaqqana ma' diversi stejjer b'uħud minnhom li jqanqlu swied il-qalb kbir. Illejla ser nisimgħu bi stejjer xejn faċli ta' persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom kmieni wisq f'ħajjithom.

Fosthom titkellem omm Lydon Magri, li ħalliena f'Lulju li għadda, u tirrakkonta dak li għaddew minnu. Issemmi meta kien f'mumenti iebsin u rnexxielha tikkonvinċieh jagħmel kuraġġ.

F'Lulju diversi nies urew ix-xokk tagħhom fuq il-mezzi soċjali waqt li sellmu l-memorja ta' Lydon. Missier ta' tlett itfal u mill-Belt Valletta.

Hi tgħid, "Qalli kollox sew ma inħobbok. Dik l-aħħar kelma", tispjega l-omm. Agħfas HAWN biex issegwi aktar dwar dak li ser jiġi diskuss.


Kyle Zarb