Riċentament, fuq il-programm Prime Time ta' Owen Bonnici, kien hemm mistiedna FAITH. Il-grupp ta' ħames tfajliet li ħadu fama grazzi għat-tieni staġun ta' X Factor Malta. It-tfajliet spiċċaw fit-tilet post ta' dan il-programm televiżiv tant popolari.

Tul l-intervista, it-telespettaturi saru jaf lil FAITH ftit aħjar u ħareġ fatt kurjuż immens. Chanelle minn FAITH hija magħrufa bħala n-nanna Doris mill-bqija tal-membri tal-grupp. Wieħed probabbli qed jistaqsi għala dan.

Chanelle tispjega li hi l-ikbar waħda minnhom kollha, iżda dan il-laqam ma ġiex biss minħabba l-età tagħha, iżda wkoll għax l-inqas waħda li tħobb tagħmel ċerti attivitajiet. Il-grupp malajr sabulha laqam ħelu u Chanelle tammetti li kif tisma' lil xi ħadd jgħajjat Doris, hi saret tħares.


Emil Calleja Bayliss