Fid-dawl tat-tweġiba tal-knisja fuq il-komunità Ġesu Salvatur, kien hemm mistieden Dun Ġorġ fuq “Popolin” dan qal ċar u tond li ma jaqbilx ma’ dak li kien qiegħed issir. 

“Importanti li qabel ma niprietka l-kelma t'Alla, l-ewwel irrid inħalli l-kelma t'Alla tidħol ġo fijja u ssir parti minni. Ma jistax ikun li jiena niprietka l-kelma t'Alla u fl-istess ħin neħodha kontra l-bniedem. Kif jista’ jkun jien ngħidlek ejja għandi imma t-tifla ma tistax teħodha miegħek għax gay” jargumenta l-qassis.

“Nemmen ħafna fit-talb u l-mirakli imma nemmen li trid tgħin ruħek biex Alla jgħinek” jgħid fl-intervista. Illum L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa ser ikun qed ikellem lil komunità Ġesu Salvatur għall-ewwel darba u ser jgħidu l-pożizzjoni tagħhom. 


Anthony Baldacchino