Anton Grasso, m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni u jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien jibqa' marbut mal-istejjer tal-waħx u tal-biża', iżda fuq TVAM flimkien ma' Dorianne hu jitkellem dwar il-biża' kbira li għandu mill-mewt.

Hu jaqsam kif sabha diffiċli mmens biex jaċċetta l-mewt ta' ħuh li għalaq sena mejjet. Minkejja li kien jaf li din kienet inevitabbli, Anton jistqarr li xorta ma ridtx jemmen u qabel ma niżlu t-tebut u talab li jerġa' jinfetaħ u żamm idejh ħuh.

Hu jgħid li għalih ħuh kien rieqed u jibqa' jimmaġinah hekk. Interessanti kif persuna li tul is-snin affaxxina tant nies bis-stejjer tal-biża' jitkellem b'dan il-mod fuq il-mewt. Il-filmat ta' din l-intervista li seħħet ilbieraħ jtemm b'kliem interessanti.

Anton jaqsam kwotazzjoni favorita tiegħu li tmur xi ħaġa hekk, "Is-sigriet ta' kif tgħix hu l-mod ta' kif se taċċetta mewtek."


Emil Calleja Bayliss