Waqt TVAM il-preżentatur Keith Demicoli jirnexxielu jiltaqa' ma' diversi persuni bi stejjer differenti, u jaqsamhom mat-telespettaturi. Illum waqt ir-rokna Kliem Ix-Xiħ iltaqa' ma' residenta f'San Vinċenz li tkellmet dwar żewġha, li miet fl-aħħar ġimgħat, u dwar iż-żwieġ tagħhom.

Titkellem dwar diversi fatturi sbieħ fosthom li dejjem irrispettaw lil xulxin u kellhom żwieġ komplu b'uliedhom magħhom. Hi tagħti anke parir lil miżżewġin tal-lum mill-esperjenza tagħha.

"Dejjem ħdimna sew, għenna lil xulxin, kien jagħti daqqa t'id fid-dar, anke affarijiet ħfief. Dejjem għenna lil xulxin," tkompli l-mara. Hi ssemmi fost l-aħħar mumenti ta' żewġha meta laħqet irringrazzjatu b'imħabba ta' dak kollu li għamel magħha u mal-familja.

"Qabel miet tajtu żewġ bewsiet fuq moħħu u għidtlu, 'Grazzi talli ħadt ħsiebna sew'". Segwi aktar hawn taħt. 


Kyle Zarb