Pierre Bugeja u Celaine Buhagiar kienu l-mistiedna ta' Ryan waqt il-programm ta' kull nhar ta' Sibt, Sibtek u fost in-numru ta' affarijiet li ddiskutew il-koppja kienu mistoqsija dwar l-għira mill-mudelli preżenti.

Celaine ħafna drabi tiżfen ma' partners differenti, filwaqt li Pierre hu attur li mhux l-ewwel darba kellu xi xeni ma' nisa. Il-mistoqsija tiġi naturali! Huma wieġbu li verament ma jgħirux għal xulxin u jifhmu li dan hu parti minn xogħolhom.

Huma jistqarru li biż-żmien u bil-maturità saru jifhmu u jafu li jridu jkunu professjonali!

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss