Bil-Filmat: Peppi Azzopardi Sa Jirritorna L-Ġimgħa Filgħaxija Fuq TVM – Illejla Waqt XOW!

Wara aktar minn 5 snin, illejla mistenni jirritorna fuq TVM għall-Ġimgħa filgħaxija l-preżentatur lokali Peppi Azzopardi.

Għal snin twal, lil Peppi konna narawh jippreżenta l-programm Xarabank nhar il-Ġimgħa filgħaxija, fejn ġimgħa wara l-oħra kienu jiġu diskussi diversi temi attwali li kienu jqanqlu dibattitu waqt il-programm tiegħu.

Issa, li fuq TVM ħa nerġgħu nibdew naraw il-programm Xow ippreżentat mill-bravissimu Ron Briffa kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, wieħed mill-mistednin speċjali sa jkun proprju Peppi Azzopardi.





Jidher illi l-preżentatur sa jkun qiegħed jitħaddet matul il-programm Xow dwar kif riċentament sar nannu kif ukoll dwar is-sehem tiegħu fil-verżjoni Maltija ta’ Peppa Pig.

Flimkien ma’ Peppi sa jkun qed jingħaqad ukoll il-preżentatur lokali Gianni Zammit, fost oħrajn.

Żgur li dan ir-ritorn sa jkun wieħed interessanti!

Intom sa ssegwu?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI