L-istrina tinsab wara l-bieb u sentejn ilu, bla mistenni kien hemm tieġ spontanju. Tieġ li ħadd ma kien jaf bih ħlief dawk li kienu qed jorganizzaw l-istrina. Fost il-festin ta' ġbir ta' fondi li jsiru ta' kull sena. Paulette Gafa magħrufa bħala Pawla, kellha tieġ fitizzju ma' Ben Camille.

Jidher li waqt dan it-tieġ kulħadd iċċelebra, żifen u ħa pjaċir. Xhieda ta' dan kollu hu l-filmat li għandna mehmuż f'dan l-artiklu. Pawla dakinhar kienet iżżewġet lil Ben Camille, żgur li ħolma ta' ħafna tfajliet lokali.

Jagħmlu koppja ħelwa kieku... għalkemm Ben ġa għandu lil Xtina u liċ-ċkejkna Elle wkoll! Insomma l-Istrina, bħal kull sena ħa tkun qed tiġi organizzata l-għada tal-Milied! Fejn ħa jkunu qed jinġabru fondi għal tant għaqdiet u nies fil-bżonn!


Emil Calleja Bayliss