Dalgħodu tfaċċa filmat ħelu u kemxejn tad-daħk tal-kantanta Cherylis. Cherylis tista' tgħid qed tistabilixxi lilha nnifisha fix-xena lokali!

Rajnieha fil-Malta Eurovision bħala parti minn Dwett u din is-sena rajnieha wkoll fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza u fl-Għanja tal-Poplu fejn kisbet it-tieni post!

Jidher li jekk il-palk ikun fl-għoli żżejjed imma Cherylis ħa jkollha naqa ta' problema biex tkanta fuqu għax tibża' mill-għoli! Ilbieraħ, il-kantanta marret ġewwa l-attrazzjoni li hemm bħalissa ġewwa l-Belt Valletta u vvintat li titla' l-famuża ferris wheel!

Għalkemm il-ferris wheel mhux xi waħda kbir esaġerata, xorta waħda tispiċċa titla' fil-għoli! Cherylis tibża' ftit mill-għoli u kull min kien magħha kellu ftit ta' spettaklu biha stess!

Cherylis spiċċat tikkumenta fuq il-filmat tagħha stess fejn qalet, "panic attack mill-kbar ee xħin rajt kollox taħti" u aktar l-isfel tgħid ukoll "mhux b'ċajt bajda karti kont". Jidher li xħin waslu fuq nett, din l-imbierka ferris wheel waqfet ftit u hemm aktar bdiet tibża'!

Irnexxielha tagħmel din l-esperjenza u ddaħħak lil ftit nies ukoll fil-proċess! Ħafna ħbieb ikkumentaw ukoll, kien hemm min qallha li ma jidħakx biha għax huma jibżgħu wkoll! Imma jidher li Cherylis ħadet din l-esperjenza b'ċajta wkoll!  


Emil Calleja Bayliss