Il-preżentatur tar-radju David Borg, magħruf aħjar bħala Oz bħalissa għaddej bi sfida li jitlef 50 kilo f'ħamsin ġurnata. Ftit tal-jiem ilu tella' filmat li hu jinsab nofs trid u dan tistgħu ssegwuh hawn taħt. Jidher li din l-isfida tassew qed jaħdem għaliha u qed jirnexxielu jilħaq il-mira tiegħu li jitlef il-piż f'ħamsin ġurnata.

Fir-ritratt li l-preżentatur tella' aktar kmieni llum, tista' tgħid li l-bidla qed turi ġmielha. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'din il-missjoni u ninsabu ċerti li ħa jibqa' jaħdem b'tant determinazzjoni sabiex jilħaq l-għan tiegħu. Prosit Oz!

Facebook / Quickspin


Emil Calleja Bayliss