Ilbieraħ waqt Prime Time ma’ Owen Bonnici skoprejna ħafna affarijiet fuq il-preżentaturi tar-radju Amber u Dorian Cassar. Ngħidu aħna sirna nafu li Dorian ikanta ħafna waqt li jinħasel jew li hemm kanzunetti li qatt ma smajna lil Amber tkantahom fil-pubbliku għad. 

Owen saħansitra staqsiehom jekk ġieli raqdux flimkien! Imma Owen kull ma ried ikun jaf kien jekk xi ħadd minnhom jinħorx jew le. Kemm Dorian u anke Amber qalulu li qatt imma flimkien ġieli ttewbu żied jgħid Dorian.  

Iżda l-aqwa waħda kienet meta esperimentaw bil-famuż chili!

Owen għamel riċerka fejn tgħid li min jiekol ħafna bżar aħmar (chili) jispiċċa b’ħafna problemi bil-memorja u jista’ faċilment jibda jinsa. 

Waqt Prime Time ta’ lbieraħ iddeċieda li juża lill-mistednin tiegħu Amber u Dorian biex jagħmlu esperiment billi wara li jieklu l-bżar aħmar isaqsihom x’jiftakkru minn xi stampi li urihom ftit qabel fuq l-iscreen. 

gf

Ir-riżultat ma deherx ‘il bogħod minn dak li sab Owen fir-riċerka!

Segwi aktar hawn taħt..

Facebook/ Owen Bonnici


Kyle Zarb