Il-Kaboċċ issa jinsabu wkoll fuq TikTok u jidher li beda bil-kbir għax wieħed mill-ewwel filmati li xeħet fuq il-pjattaforma soċjali kienu ta' ommu tipprova waħda miż-żifniet li jinsabu jduru fuq TikTok.

Ommu tidher tibda ż-żifna fuq nota pożittiva u kollox kien sejjer sew sakemm kellha tagħmel il-passi lura. Hemm bħal tfixklet f'saqajha u spiċċat mal-art tidħak. Il-Kaboċċ jidher li kif ra lil ommu mal-art tidħak flok mar jgħinha kompla jidħak biha!

Ngħiduha kif inhi, kulħadd jaf kemm ommu hi sportiva u tieħu ċajta. Jiġifieri waqgħa bħal din, la ma weġġatx kellhom biex jidħku.

@christopherilkabocc

epicccc fail hahhaha ix xwejha

♬ In My Bed - Rotimi

Facebook / il kabocc u xwejha


Emil Calleja Bayliss