Avventura ta’ esploratur urban fl-Isptar Saint Philip's li ġie abbandunat irriżultat f'diversi sorpriżi fosthom organi umani mormija u numru ta' rekords mediċi tal-pazjenti li huma disponibbli għal kull min jidħol hemm ġew.

Hu daħal ġewwa dan l-isptar f'April li għadda u ċertament li s-segwaċi tiegħu ta' YouTube kellhom esperjenza oħra xi jsegwu. Hu għandu aktar minn 400,000 persuna abbonat mal-kanal tiegħu li jsegwu kull post abbandunat li jidħol fih madwar id-dinja.

L-Isptar f'Santa Venera kien jesa' madwar100 sodda u ilu magħluq mill-2012 wara li spiċċa għalaq il-bibien tiegħu minħabba problemi finanzjarji. Minn dakinhar spiċċa abbandunat. Araw il-filmat kemxejn tal-waħx hawn taħt.


Emil Calleja Bayliss