Nhar il-Ħadd li għadda 24 ta’ Ottubru, l-Island Car Club organizza r-raba’ rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Transport Malta England Insurance Hillclimb. Jidher li kien hemm numru rekord ta’ 89 karozza u sewwieqa li pparteċipaw f’dan ir-rawnd tal-kampjonat, organizzat f’Dawret il-Mellieħa.

fd

Ritratt: Dylan Darmanin - MMF Media

Dawn huma r-riżultati sal-quċċata; Kurt Camilleri temm bħala r-rebbieħ fost is-sewwieqa kollha b’ħin ta 53.355 sekonda. Camilleri kien segwit mill-qrib ħafna minn ħuh Keith Camilleri b’ħin ta’ 53.886 sekondi, distakk ta’ inqas minn sekonda. Keith bħalissa qed jiddefendi t-titlu tiegħu.

df

Ritratt: Dylan Darmanin - MMF Media

Fit-tielet post insibu lil Mauro Portelli b’ħin ta’ 59.127 sekondi. Didier Bugeja fuq Peugeot 106 rebaħ it-tieni klassi fi grupp 3 b’ħin ta’ 64.247 sekondi, filwaqt li Edward Calleja fuq Lotus Elise rebaħ it-tieni klassi fi grupp 3 b’ħin ta’ 63.502 sekondi.

gf

Ritratt: Dylan Darmanin - MMF Media

F’dan ir-rawnd rajna wkoll ir-ritorn ta’ Mark Micallef fuq il-karozza l-ġdida tiegħu Norma M20F, 2000cc, li kkompeta u rebaħ il-klassi 5 ta grupp 5 billi spiċċa l-korsa f’59.823 sekondi. Micallef spiċċa fir-4 post fost is-sewwieqa kollha.

Ir-rawnd li jmiss, se jsir fl-ħ, limiti tar-Rabat nhar il-Ħadd 14 ta’ Novembru. Segwi aktar dwar x'ġara f'dan il-filmat:

Filmat: Nikoal Mraovic - Motorsmt


Kyle Zarb