Wara l-filmat tal-bieraħ, oħt iz-Zija TT, Michelle Muscat rċeviet numru kbir ta’ messaġġi mingħand ħafna nies. F’temp qasir il-filmat rawh aktar minn 33elf persuna. Michelle tkellmet b’mod pożittiv u jekk hawn xi vittmi ta’ xi vizzju għandhom jitkellmu u jsibu l-għajnuna. Michelle saħħqet li t-tifel tagħha qatt ma kien vittma ta' droga u jgħix f'għożża liema bħala mal-familja tagħha. 

Michelle rrakuntat kif ftit ilu kienet hi li salvat żagħżugħ minn ħalq il-mewt. “Waħda mill-ġenituri għadha tirringrazzjani sal-lum li jien salvajtilha t-tifel tagħha. Bqajt sal-aħħar sekonda sakemm ġiet l-ambulanza u l-ġenituri tiegħu, qagħadt miegħu imma llum għandi narah mimli bil-ħajja” tgħid Michelle fl-aħħar filmat. Liema filmat tiskuża ruħha man-nies li ma riedet tweġġa’ lil ħadd u jiddispjaċiha li kien hemm xi persuni li bkew. Iżda dan kien sinjal ta’ mħabba.

Michelle tirringrazzja lil Mulej talli tagħha kuraġġ titkellem fuq dawn l-affarijiet u tgħid li mhux ser taqta’ qalbha tgħid il-verità. Tisħaq li mhix qaddisa u tiżbalja bħal kulħadd iżda, “Dejjem kont ta’ eżempju għal uliedi u nkun eżempju għat-tfal tagħkom”. Michelle hi kuntenta li tinsab b’familja miġbura.

Michelle tkompli tgħid billi tirrakkonta perjodi fil-ħajja tagħha meta kienet tgħix bi friġġ vojta u tgħaddi bi ftit flus kuljum. Iżda wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u b'hekk tixtieq tgħin lil ħaddieħor. Ara fl-filmat.


Gwida.mt