Marika Caruana Smith li twassal programm televiżiv "Wara Nofsinhar" flimkien ma' Matilde Balzan u Moira Delia kienet il-mistiedna ta' Ryan Borg fuq Sibtek fejn tkellmet kemm itieha sodisfazzjoni li jżommu kumpanija lil bosta telespettaturi li jkunu ġo darhom speċjalment lil dawk waħedhom u l-anzjani.

Hija omm ta' tifel: Luca li se jgħalaq 14-il sena. Qalet li wasal iż-żmien li qed ifittex iktar il-ħbieb milli lilha iżda minn dejjem kien kalamita magħha. Marika qalet li bħalissa t-tifel għaddej minn fażi li l-ħin kollu fuq il-gadgets; fenomenu li huwa reali llum il-ġurnata. Qalet li qed tipprova tibbilanċjalu għalkemm mhux faċli; fejn joħorġu hi u hu biss kultant u anke jsiefru flimkien.

Iktar minn hekk, Marika hija mara sportiva ħafna u anke tieħu sehem f'ġirjiet. F'ħajjitha kollha dejjem ħabbitu l-isport tant li anke kienet tirraportah iżda qalet li qatt ma pprattikatu. Fil-passat ġieli ppruvat tibda l-gym imma qatt ma kien irnexxielha tkun konsistenti. Il-partner tagħha Norman, li jiġi ħu Steve Aquilina jiġri u jagħmel it-triathlon u meta beda jagħmel il-maratoni barra bdiet titħajjar; hu jagħmel il-full marathon: 42k u hi tagħmel il-5k. Tgħid li għaliha hija esperjenza.

"Jien ma tantx jien waħda li noqgħod ngħid kelli żmien sabiħ jew żmien ikrah għaliex kulħadd ikollu problemi... dejjem inħares lejn is-sabiħ tal-ħajja!" sostniet Marika. Meta Ryan staqsieha jekk għandhiex xi ħolma qaltlu li tixtieq tmur f'dawk il-hot air balloons.

Meta ġiet mistoqsija minn waħda mill-mudelli ta' Sibtek dwar fhiex taħseb li l-anqas li bbrillat f'ħajjitha, Marika qalet li fil-ħin minħabba x-xogħol. Qalet li meta tkun omm, u t-tifel ikun għadu żgħir, kemm jista' jkun għandek tqatta' iżjed ħin miegħu. Iżda mbagħad Marika tisħaq li lit-tifel għallmitu l-valuri u l-prinċipji tal-ħajja! Prosit Marika!

Ritratt: Facebook/ Marika Caruana Smith


Clifford Galea