Dr Chris Fearne ħabbar li l-firxa tal-Covid-19 waslet fi stadju ieħor f'pajjiżna u b'hekk ħabbar żewġ miżuri li ħa jaffettwaw 118,000 persuna ġewwa Malta.

L-ewwel miżura li tħabbret hi li fejn ikun hemm numru ta' nies f'postijiet pubbliċi (aktar minn ħamsa) ħdejn xulxin dawn għandhom jinżammu tal-inqas żewġ metri 'l bogħod minn xulxin!

It-tieni miżura hi għal nies li għandhom aktar minn 65 jew inkella huma morda b'mard kroniku. Dawn jikludu - dibatiċi u jinsabu fuq l-insulina, mediċina li ngħidulha biologicals, dawk il-persuna kollha li qegħdin jissieltu jew qed jirċievu l-kimoterapija, dawk il-persuni li kellhom transplant, qegħdin fuq dialysis u nies li huma HIV positive.

Magħhom jiżdiedu nisa tqal, persuni li għandhom mard respiratorju li daħlu l-isptar, persuni li kellhom jidħlu ħabba mard tal-qalb u dawk li jieħdu steriods orali. Dawn il-persuni għandhom joqogħdu d-dar għal kull raġuni! Din il-miżura tidħol fis-seħħ is-Sibt filgħodu.


Emil Calleja Bayliss