Il-kantanta lokali Olivia Lewis kienet waħda mill-mistiedna ta' Ryan u Josmar fuq il-programm popolari Sibtek fejn huma stiednu żewġ segwaċi kbar tal-Eurovision biex jagħmlu l-mistoqsijiet lil Olivia Lewis.

L-aħħar mistoqsija għaliha kienet jekk għadx Malta tirbaħ dan il-konkors. Olivia tgħid, "Għandna talent biex niktbu song tajba.Bħal ma ġieli kellna. Semmejna u konna close. Imma rridu veraniktbu song tajba u niktbuha aħna ta', mhux nixtruha. Mhux nixtruha. Sorry. Mhux nixtruha. Aħna libsa minn fuq il-monti mmorru nixtruha. Song niktbuha minn qalbna."

Hi daret fuq il-preżentaturi u qaltilhom, "għidtha hi ta'." Ryan u Josmar qalulha sewwa għamilt la hekk ħassejt. Dan kien punt li ħafna ddiskutew fuq il-mezzi soċjali tul l-aħħar ġimgħat.


Gwida.mt