Ilbieraħ Nate Darmanin ixxerja filmat fejn il-kantanta Taljana Alfina Fresta li tbati minn kundizzjoni magħrufa bħala cerebral palsy, kienet qiegħeda tkanta waqt il-provi għal avveniment li sar f’Għawdex is-Sibt filgħaxija bl-isem: “It’s Chirstmas time”.

Alfina kompliet issebbaħ l-atmosfera sabiħa li kien hemm bil-vuċi tal-ġenn li għandha. 

Jinstemgħu in-nies preżenti jgħidu lil din il-kantanta “Brava! Brava!”. Ninsab ċert li affaxxinaw ruħhom b’dak it-talent enormi.

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nifirħu lil Alfina għal din il-wirja sabiħa u nittamaw li naraw aktar min għandha ma ndumux!


Kyle Zarb