Waqt il-programm tagħhom Nate, Frank u Rossi qabduha fuq il-famuż zalzett tal-Malti u l-imġabba kbira li għandhom għalih il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Tant hu hekk li Valentina tħoss li għandu jkun hemm festa apposta meta jiġi ċċelebrat iz-zalzett Malti.

Valentina tgħid li għandhom bżonn l-appoġġ tal-pubbliku kollu kif ukoll tas-sidien tal-ħwienet li jbigħu l-laħam, biex jingħaqdu flimkien u jipproponu din il-fesra speċjali. It-tlett preżentaturi bdew ħerġin b'ideat ta' kif tista' tiġi ċċelebrata din il-festa u f'liema data. Qablu wkoll li din tista' tkun proposta li titpoġġa fil-parlament, biex forsi jkollna l-famuża festa taz-zalzett tal-Malti!

Il-preżentaturi għażlu t-30 ta' Lulju! Tħobbu z-zalzett tal-Malti u taqbel li għandu jkollna din il-festa?!

Facebook/ Il Merchato Butcher


Kyle Zarb