Ma stajniex nagħlqu dan il-jum mingħajr ma' nxerrdu dan il-messaġġ onest u sinifikanti! Il-mara tal-Prim Ministru, Lydia Abela, waqt Serataron għaddiet messaġġ speċjali u b'saħħtu li żgur mhux forsi mess il-qlub ta' ħafna ommijiet. Tista' tgħid hu messaġġ li tant laqat lil kull min semgħu. 

Lydia tagħti l-kuraġġ lil kull mara li tagħti mħabbitha lil uliedha, u lil kull min għandu fih l-imħabba li kapaċi tagħti omm biss. "Nassigurahom li llum mhux weħidhom", dan il-kliem tiddedikah lil dawk l-ommijiet li forsi għaddew, jew għadhom għaddejjin minn xi tbatija. Ommijiet li forsi ġarrbu esperjenzi diffiċli ma' uliedhom. 

"Ħossu l-imħabba u r-rispett li kull omm jixraq li tagħti lil omm bħalha" - Tispiċċa l-messaġġ b'dan il-kliem qawwi immens. Segwi l-messaġġ sħiħ hawn taħt. Prosit Sinjura Lydia, ta' min jammirak!


Kyle Zarb