L-attur Aiken Buhagiar kien mistieden fuq Ta' Filgħodu lbieraħ ma' Stephanie Spiteri. L-ewwel suġġett li tkellmet dwar flimkien mal-mistiedna kien l-għira u l-imħabba, u Aiken ta l-opinjoni tiegħu. 

Aiken qal li qed jitkellem f'sens ta' ħbieb, kif jaġixxi mal-ħbieb, għax maħbuba m'għandux. Stephanie tieħu l-okkażjoni u biex taqbad ftit miegħu turieh filmat minn Xarabank ta' xi snin ilu, fejn iċ-ċkejken Aiken qal li mhux għarus, u m'għandux x'jambi għarusa għax kollha nkwiet!

Ilbieraħ Aiken ħass li ried jiżvela xi ħaġa dwaru u kif jaħsibha dwar dan illum il-ġurnata. Jgħid li għadu jaħsibha l-istess kif qal waqt Xarabank, però kollox jista' jinbidel sentejn oħra ngħidu aħna. Araw daqsxejn! 


Kyle Zarb