Ġimagħtejn ilu tħabbar li l-kantanta Taljana Raffaella Carra', personalità magħrufa mal-Italja u mad-dinja kollha, ħallietna fl-età ta' 78 sena. Dan tista' tgħid kien ġie rrappurtat ftit tal-ħin ilu fuq is-siti tal-aħbarijiet kollha. Carra' tibqa' mfakkra u magħrufa bħala preżentatriċi, kantanta, żeffiena, attriċi. Hi ilha attiva fix-xena tal-ispettaklu bejn is-snin tal-1960 u l-2000.

Ftit ilu nxtered filmat minn Youtube fuq il-midja soċjali ta' Raffaella waqt wieħed mill-isbaħ mumenti mill-karriera tagħha meta qalb dik l-atmosfera ta' divertiment, ċelebrazzjoni u eċitament tal-Eurovision Song Contest, kienet qrat il-voti tal-Italja.

Il-filmat jeħodna lura 10 snin għal Mejju tal-2011! Dik is-sena l-Italja kienu bagħtu lil Raphael Gualazzi bil-kanzunetta Madness of Love, fejn kienu klassifikaw fit-tieni post. Glen Vella kien irrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta One Life.

Strieħ fis-sliem għażiża Rafaella. Għal dejjem f'qalbna.


Kyle Zarb