Kien it-8 ta' Frar 2021, hekk kif it-tieni staġun ta' X Factor Malta wasal fi tmiemu bir-rebħa grandjuża tal-bravissima Destiny! 

Dakinhar Destiny tat prestazzjonijiet impekkabbli, l-aktar li baqgħet tissemma hi dik ta' He Lives In You minn the Lion King. It-tieni ġiet il-bravissima Justine Shorfid li wkoll tat spettaklu li bellah lil kulħadd, u jsegwuwha l-grupp femminili F.A.I.T.H li ġabu fuq il-palk stil modern li niżel tajjeb mal-pubbliku.

Wara din ir-rebħa Destiny kisbet iċ-ċans li tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest. Tgħid x'ser tkun dik il-kanzunetta li ser tirrapreżentana biha r-rebbieħa ta' X Factor Malta.

Erġgħu għixu dan il-mument emozzjonali!


Kyle Zarb