Morena kienet waħda mill-mistednin ta' Sibtek waqt il-Eurovision Quiz. Qabel u wara l-quiz, il-kantanta wieġbet għal ftit mistoqsijiet. Morena ftit tax-xhur ilu kienet qalet li llum il-ġurnata, il-prijoritajiet tagħha nbiddlu u b'hekk tista' tgħid li għebet mix-xena.

Iżda, la kienet ma' Josmar ma setax ma jsaqsihiex jekk għadx terġa' tirritorna għal din il-kompetizzjoni. Morena wieġbet li tixtieq terġa' tmur għall-Eurovision Song Contest iżda mhux bħala kantanta. Hi qalet li tixtieq tirritorna flimkien mal-familja tagħha sabiex huma jkunu jistgħu jgawdi l-esperjenza tal-Eurovision Song Contest mil-lenti l-oħra u hi wkoll.

Waqt dan il-quiz, Josmar jgħid li r-raġel ta' Morena huwa wkoll fan ta' dan l-ispettaklu televiżiv. Min jaf għadx ikollhom iċ-ċans li jmorru għal dan il-festival tant u tant presttiġjuż biex jissapportjaw lil xi ħadd Malti jew Għawdxi.

Facebook / Morena Camilleri


Emil Calleja Bayliss