L-esploratur Pierre Farrugia ppubblika avventura li teħodna fl-inħawi ta’ Ħaġar Qim, fejn jeħodna Natural and Heritage trail.
Waqt din it-trek, wieħed jista’ jara żewġ Tempji, barriera antika tal-ġebel, monument u torri ta’ osservazzjoni, apparti l-veduti. Il-monument għandu tifkira sentimentali hekk kif ifakkar lill-Gvernatur ta' Malta fl-1927, li wara mewtu kien indifen fil-baħar Malti.
Pierre jinżel lejn it-Tempju tal-Imnajdra, fejn fil-filmat anke jurina picnic area sabiħa, bil-bankijiet u l-imwejjed. Teleskopju ġdid ġie installat fejn il-viżitaturi jistgħu jiffukaw fuq il-Gżira ta' Filfla.
Jimxi aktar tard lejn il-Wied l-Imghalaq, u viċin lejn l-Imnajdra, wieħed jista' josserva barriera antika ħafna, li hija interessanti ħafna. Bejn iż-żona fejn rajna din il-barriera u ż-żona tat-Tempju Tal-Imnajdra, hemm madwar 100m biss.
Lejn l-aħħar tatt-trek, Pierre juri t-Torri ta’ Tal-Ħamrija. Minn hawn wieħed jista’ jgawdi veduti sbieħ mill-irdum. Segwi aktar hawn taħt: