Ilbieraħ is-Sibt il-kantanta bravissima Claudia Faniello kienet il-parteċipanta waqt il-programm Eurovision Quiz ta’ Sibtek flimkien ma' Josmar.

Bħal dejjem Josmar, persuna li tant jammiraha u huwa ħabib kbir tagħha, wera filmat ta’ Claudia waqt il-Eurovision meta rrapreżentatna ġewwa Kiev u kantat Breathlessly. Staqsiha wkoll kieku jkollha ċ-ċans, terġax tieħu sehem. “Jien qatt ma ngħid le. Kien hemm snin fejn xtaqt nagħmel affarijiet lil’hinn mill-festival… imma meta tkun doqtu daqshekk mill-viċin, l-imħabba lejh tikber aktar”. 

Sintendi meta terġa’ tieħu sehem kieku kellha, ma tistax tgħid però mill-ġdid Claudia qalet li qatt ma tgħid le! Min jaf… forsi nerġgħu narawha tikkompeti? Segwi aktar kif marret waqt il-Quiz u x’intqal!


Kyle Zarb