Ira Losco kienet waħda mill-mistiedna ta' Josmar waqt il-Eurovision Quiz, fejn jagħmel intervista qasira mal-parteċipanti li rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest. Din il-ġimgħa kien imiss lil Ira.
Ira tgħid li din kienet sena differenti u diffiċli għal dawk li huma performers. Hija tgħid li, "psikoloġikament kienet ftit aktar diffiċli." Tistqarr li l-palk minn dejjem kien ta' żvog imma minn meta kellha t-tfal forsi sar xi ftit aktar.
Meta Josmar jistaqsi lil Ira dwar il-fatt li forsi xi ħadd mit-tfal tagħha jaqbad il-karriera tal-mużika, Ira tgħid li dan ma jdejjaqha xejn. Harry jidher li ġa għandu interess fil-mużika. B'ċajta tgħid timmaġinaha titla' l-Eurovision bħala sapport għat-tfal tagħha.
Bl-ikbar onestà u umilità, Ira tgħid li probabbli tkun iktar eċitata milli kieku qiegħda hi f'dik is-sitwazzjoni minħabba l-fatt li meta tkun f'xi ħaġa b'mod dirett, il-kontroll qiegħed f'idejk u mhux qed isegwi lil xi ħadd.
Insomma aħna ħa nħallukom isegwu l-kumplament tal-intervista, ħa taraw kemm taf Ira dwar il-Eurovision u tiskopru ftit aktar dwar ir-relazzjoni tagħha u tagħha Sean Gravina, li hu magħruf ma' ħafna minnkom bħala l-kok popolari lokali ta' Crust.
Facebook / Ira Losco