Fuq il-profil tagħha Evelyn Saliba La Rosa ftit ġimgħat ilu tefgħet dwar is-sensiela ġdida li ser tibda minn għada. It-telespettaturi u s-segwaċi tal-produzzjonijiet ta' TVM kienu ħerqana biex jasal dan ix-xahar u jaraw x'se tkun qed toffri s-sensiela Sigrieti.

Id-direttriċi ta' Rikordja kitbet, "Minn Jannar… Kuljum… Fuq TVM… Shh..." Xerrdet anke paġna mill-iskript li nkiteb tal-ewwel episodju. Ftit ilu fuq il-profil tagħha Evelyn xerrdet anke l-ewwel trailer uffiċjali tal-istorja li ser tibda propju għada fuq TVM.

S'issa għadu mhux ċar liema atturi ser jieħdu sehem, u l-karattri kollha li ser inkunu qed naraw. L-unika karattru li jidher huwa mara misterjuża b'ilbies iswed u kappell iswed. Naraw anke radju, u l-mużika u l-atmosfera fil-filmat ikomplu jżidu mas-sens ta' misteru. Ismu miegħu hux, Sigrieti!

Ser issegwu minn għada fuq TVM?!


Kyle Zarb