Il-Prim Ministru ta’ Malta għadu kemm ħabbar li għada kif ippjanat se jitneħħew numru ta’ restrizzjonijiet oħra.

Minn għada se jiftħu l-ħwienet mhux essenzjali u se jibdew jingħataw is-servizzi mhux essenzjali. Ħa jkunu qiegħdin jinfetħu wkoll il-mużewijiet madwar Malta u Għawdex. In-numru ta’ persuni permessi fi gruppi se jitla’ għal erba’ persuni waqt li n-numru ta’ households permessi ġod-djar huwa ta’ erbgħa. Se jitħallew isiru ż-żjarat fl-isptarijiet Mater Dei u Monte Carmeli.

Mill-10 ta’ Mejju, se jirrilaxxaw restrizzjonijet oħra. Sport professjonali li fih kuntatt se jkun jista’ jibda t-training dwaru waqt li l-isport bla kuntatt jista’ jkompli jiġi prattikat mingħajr spettaturi. L-Arts Education u l-attivitajiet extra-kurrikulari jistgħu jibdew u se jkomplu wkoll il-lezzjonijiet tad-duttrina. Tħabbar ukoll li se jerġgħu jibdew jarmaw is-swieq fil-ftuħ.

Ir-ristoranti u ‘snack bars’ jistgħu jibdew jiftħu sal-ħamsa ta’ waranofsinhar b’massimu ta’ erba’ persuni f’kull mejda. Wara l-ħamsa ta’ waranofsinhar ikompli jservu fuq bażi ta’ takeaway u delivery. Tħabbar ukoll li se jitneħħew ir-restrizzjonijiet ta’ vjaġġar bejn Malta u Għawdex.


Shanice Ahar