Il-programm AWLA, preżentat mill-bravissimu Luke Dalli, għadu kif irritorna fuq it-televiżjoni ilbieraħ. Fil-fatt il-programm ser ikun qed jixxandar kull nhar ta' Tlieta fit-20:30 fuq ONE.
Minnufih ilbieraħ kien hemm diskussjoni serja immens, rigward il-kriminalità f'Malta. Joseph Agius jagħti informazzjoni dettaljata ta' xi statistiċi ta' kriminalità f'pajjiżna, fejn uħud qed jonqsu, u oħrajn jiżdiedu.
Ċertu forom ta' serq jidher li naqsu, madankollu jidher li l-każi tad-drogi u l-ammonti ta' abbuż u omiċidji jiġru spiss. Minn 168 ka' ta' droga jiżdied għal 444 każ mill-2019 l'hawn.
Ara aktar f'dan il-filmat