Intervistata waqt il-programm Popolin, il-preżentattriċi Elaine Sammut issemmi kif minkejja li nfirdet minn ma' żewġha wara kważi sentejn, hija xorta waħda żammet relazzjoni kordjali miegħu "għall-ġid tat-tifla".

"F'dawn is-snin kollha li ilna separati, t-tifla qatt ma batiet," saħqet Sammut b'sodisfazzjon.

Il-preżentattriċi tirrimarka li din ir-relazzjoni amikevoli twassal lil bintha sabiex anke titħalla fil-libertà li tagħżel hi ma' min tixtieq li tqatta l-jiem tagħha, jekk hux ma' ommha jew ma' missierha, irrelevanti ta' dak li hemm stipulat fil-liġi.

Intom x'taħsbu?


Cristian Tonna