Distintivi, waqt il-programm tal-bieraħ, iddiskutew it-tbatija. It-tbatija mil-lenti taż-żgħażagħ u kif iħarsu lejha. Id-diskussjoni kienet waħda interessanti ferm u misset diversi punti. Ħafna drabi, il-mistoqsija ta' għaliex jien, tqum fost il-bniedem. Hi naturali li wieħed jistaqsi għaliex hu.

Waqt ir-rokna Ħsibijiet ma' Kurt, fl-istess programm, Kurt jitkellem ma' Lynn Aquilina. Żagħżugħa li f'ħajjitha wieħed jista' jgħid li għandha diversi sfidi quddiemha minħabba li għandha diżabiltà fiżika iżda Lynn tħares lejn il-ħajja minn lenti pożittiva.

Wieħed jista' jgħid li Lynn hija ta’ ispirazzjoni għal ħafna żgħażagħ oħra. Forsi żgħażagħ li m'għandhomx l-isfidi ta' Lynn. Lynn minkejja l-limitazzjonijiet tagħha, hi mżejna b'ħafna talenti u ħiliet u tagħmel ħafna u ħafna xogħol fil-qasam tal-kitba.

Segwu l-intervista ma' Lynn hawn taħt. Dawk kollha li jixtiequ jidħlu jaraw il-programm sħiħ, jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu HAWN. Distintivi jixxandar kull nhar ta' Tlieta fl-22:00. 

Facebook / Lynn Aquilina


Emil Calleja Bayliss