Maz-Zija TT l-allegrija u d-divertiment żgur li ma jonqsux. Jidher li Terry ta' Bormla, magħrufa aħjar bħala Zija TT qed tkompli tallegra lis-segwaċi tagħha b'naqra żfin. Permezz tal-profil ta' Facebook tagħha u anke l-paġna tagħha, lbieraħ xeħtet żewġ filmati li spiċċaw fuq TikTok tagħha tiżfen.

Mhux l-ewwel darba li rajna lil xi ħadd jimita liz-Zija TT fuq TikTok inkluż il-kantanta Amber, iżda jidher li barra dawn l-imitazzjonijiet, iz-Zija TT ħa tkompli żżid il-popolarità tagħha permezz ta' dawn il-filmati li tistgħu taraw hawn ukoll. Iz-Zija TT tfakkarna li l-iktar ħaġa importanti li wieħed jieħu gost jagħmel dak li jkun qed jagħmel.

Ftit allegrija u divertiment żgur li qatt ma weġġgħu lil ħadd! Ta' min jammira liz-Zija TT għall-enerġija tagħha għax tista' tgħid ma tieqaf qatt. Allura x'taħsbu miż-żfin taz-Zija TT?

Facebook / ZIJA TT


Emil Calleja Bayliss