Yazmin Helledie żgur li m'għandha bżonn ta' ebda introduzzjoni, rajnieha fuq X Factor Malta flimkien ma' James u aktar riċenti rajnieha wkoll tippreżenta l-ewwel żewġ edizzjoni ta' Love Island Malta. Hi kienet il-mistiedna ta' Melanie Kelly fuq Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.

Hi tkellmet fid-dettall dwar il-korriment li kellha u l-weġgħa li ġab miegħu minħabba l-fatt li meta skopriet, minkejja li kienet għadha kemxejn kmieni fit-tqala, hi kienet ġa bdiet toħlom kif ħajjitha se tkun differenti b'tarbija fid-dinja.

Yazmin tidħol fil-proċess li għaddiet minnu hi u tgħid li mhux mument faċli xejn, speċjalment meta int tieħu l-aħbar tispiċċa mill-ġdid ħdejn familji oħra, ommijiet tqal u trabi tat-twelid. Dan kollu jagħmel l-esperjenza iktar ta' qsim il-qalb u l-proċess tal-korriment huwa wkoll wieħed kważi trawmatiku.

F'dan il-podcast se ssiru tafu lil Yazmin Helledie aktar mill-viċin u se tiskopru kemm tixtieq twassal l-istorja tagħha għax temmen li ħaddieħor jista' jitgħallem minn dak li se tirrakkonta u ma jħossux waħdu. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 24 ta' Frar, mit-20:00 'l quddiem.


Emil Calleja Bayliss