Wiċċ familjar ieħor li rritorna f'X Factor ta' din is-sena kien ta' Milena Bianco. Lil Milena is-sena l-oħra rajnieha fil-live shows bħala parti mill-grupp 4th Line. Dawk kollha li esperjenzaw din l-esperjenza bħala grupp kellhom iċ-ċans jerġgħu jipprovaw.

Milena ħadet dan iċ-ċans u jidher li l-ġurija ħadu gost b'dak li raw għax raw li Milena għamlet avvanz mis-sena ta' qabel. Jista' jagħti l-każ li l-fatt li kienet fil-live shows għen lil Milena tikber aktar u tkun taf min hi eżatt bħala artista.

L-avventura ta' Milena tkompli fil-fażi li jmiss, il-fażi ta' Bootcamp. Tgħid ħa tasal sa fejn waslet is-sena l-oħra jew l-avventura tagħha ħa tintemm qabel... inkunu nafu fil-ġimgħat li ġejjin. Awguri mill-qalb Milena!


Emil Calleja Bayliss