Michelle Muscat se tkun qed tagħmel is-6 maratona fil-11 ta' Lulju li ġej li qed tissejjaħ 'swimathon' u li se tkun qed tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-pubbliku li huma mħeġġa jieħdu sehem u jagħtu donazzjoni lill-Marigold Foundation.

Dan l-avveniment huwa wkoll miftuħ għall-pubbliku li għandu sfidi ta' mobilità fejn ser ikun hemm karreġġjati aċċessibbli li jwasslu għall-baħar u anke bi 'floating wheelchairs' matul il-ġurnata.

L-Assoċjazzjoni akkwatika tal-isports ukoll se tipparteċipa bl-involviment tal-plejers tal-waterpolo.

L-għan tal-Fondazzjoni Marigold huwa li jagħti kuraġġ lin-nies biex jgħolli l-istandards tagħhom, tissapportja inizjattivi u ssaħħa il-vuċijiet fi sferi differenti.

Dan b'mod speċjali f'aspetti partikolari bħall-imġieba soċjali, suġġetti relatati ma' saħħa, bżonnijiet speċjali u edukazzjoni.

Awguri Michelle!

Ritratt: Facebook/ The Marigold Foundation-Malta


Clifford Galea