Mhux filmat li ssoltu wieħed jiltaqa' miegħu u n-natura tiegħu qajmet kurżità enormi tant hu hekk li ħafna nies ixxerjaw dan il-filmat mal-ħbieb tagħhom u aħna ħsiebna biex naqsmuh ukoll mal-qarrejja tagħna.

Fil-filmat naraw pappagall tat-tip cockatoo li jmur ħdejn kelb u jinbaħ bħalu biex jiġbidlu l-attenzjoni! Jidher li l-kelb ftit kien jimpurtah minnu iżda l-pappagall iddeċieda li jibqa' jkun persistenti!

Aħna ħa nħallukom isegwu l-filmat t'hawn taħt u jekk għoġobkom tiddejqux taqsmuh ma' sħabkom ukoll! Ngħiduha kif inhi, kemm-il darba ħa tiltaqa' ma' filmat ta' din ix-xorti!

Instagram / Freak_parrot


Emil Calleja Bayliss