Fatt magħruf li l-kantant Kevin igawdu popolarità kemm f’Malta, kif ukoll fl-iSvezja. Lura lejn l-2010, it-tim Malti lgħab lit-tim Svediż u f’din l-okkażżjoni Kevin Borg ġie mistieden biex jinterpreta ż-żewġ innijiet qabel tibda l-partita.
Dan l-aħħa il-kantant lokali reġa’ qasam il-filmat mas-segwaċi tiegħu u kellu reazzjoni pożittiva ferm. “Grazzi Mill-Qalb Lill-Kulhadd!!!” jgħid Kevin f’messaġġ li kiteb bil-Malti, bl-Ingliż u bl-Isvediż sabiex juri l-apprezzament tiegħu lil kulħadd għal dawn il-kummenti pożittiva.
Din mhux l-ewwel darba li l-innu Malti seraq l-attenzjoni ta’ bosta, hawn sibna ftit okkażżjonijiet li smajna l-innu Malti interpretat bl-isbaħ mod possibli. Ċertament li Mro Robert Sammut u Dun Karm Psaila kienu jkunu kburin b’dawn l-interpretazzjonijiet.
L-arranġament mill-isbaħ ta’ Tenishia:
L-Innu Malti interpretat minn tliet Għawdxin bravissimi:
L-Orkestra Filarmonika Ta’ Malta flimkien mal-kor tat-tfal:
Interpretazzjoni eċċezzjonali ta’ Animae Gospel Choir:
Interpretat minn tenur żagħżugħ flimkien mal-orkestra Maltija taż-żagħżagħ:
Kif smajnieh fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-momument tal-Perit Dom Mintoff:
L-interpretazzjoni ta’ Ludwig Galea:
Ikollna nistqarru li kollha fihom is-sabiħ tagħhom u jispikkaw b’diversi modi. Sabiħ li tara l-innu tal-pajjiż apprezzat u fil-każ ta’ Kevin, tidher l-emozzjoni għall-fatt li l-innu qed jitkanta minn kantant Malti barra l-pajjiż.
Lil Kevin ħa naraw f’musical lokali ix-xahar id-dieħel li jiċċelebra l-mużika tal-kantant Malti, Freddie Portelli. Lil Kevin ħa narawh fil-parti prinċipali ta’ dan l-ispetakklu.
Facebook / Kevin Borg