Fuq il-paġna uffiċjali tal-awtoritajier tas-saħħa, ġie ppubblikat filmat prezzjuż fejn fih id-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne jitkellem dwar il-festa ta' nhar il-Ħadd, Jum il-Missier.

 Jibda billi jitkellem dwar kemm ikunu jfissru għalina l-idoli tagħna f'ħajjitna. Fearne bħal ħafna, min-naħa tiegħu l-idolu ewlieni huwa missieru. "Dak kollu li għandi tajjeb fija, ħadtu mill-ġenituri tiegħi", ikompli Fearne.

Fil-filmat li xerrdu fuq il-paġna saħħa tiġi xena ħelwa u sentimentali immens fejn il-missier u l-ulied qed jifirħu b'xulxin u li qed jerġgħu jiltaqgħu! Minn ġenerazzjoni għall-oħra, l-ulied jirringrazzjaw lill-missier tat-trobbija prezzjuża li jkunu tahom.

Araw xi ġmiel ta' messaġġ! Awguri lill-missirijiet kollha, u GRAZZI lil missierna!


Kyle Zarb