Illum jaħbat tliet snin minn meta Ben u Xtina qalu l-famuża signor si lil xulxin. Minn dak iż-żmien, il-koppja kellhom liċ-ċkejkna Elle. Permezz tal-mezzi soċjali bħal Instagram u Facebook, il-koppja spiss ituna tomgħa ta' dak li qed jagħmlu. Infatti nistgħu ngħidu lil liċ-ċkejkna Elle qed narawha tikber ftit ftit.
Tliet snin ilu... Ben kien il-mudell li rajnieh jirreċta fuq Il-Klikka u Strada Stretta. Minn dakinhar, barra li qal is-signor si lil martu Xtina, l-affarijiet inbiddlu kemxejn hekk kif beda jmexxi wkoll l-ikbar produzzjoni li pajjiżna qatt ra X Factor Malta.
Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja għal ħafna aktar snin ta' kuntentizza flimkien. Sadanitant ingawdu ftit mill-filmat sabiħ li jfakkar dan il-jum speċjali tagħhom, li ċċelebrawh ma' dawk l-aktar għeżież għalihom.