It-talent f'pajjiżna huwa kbir iżda meta naraw ċertu programmi li jesponu dan it-talent, nirrealizzaw kemm aħna iffortunati li f'din id-daqsxejn ta' gżira għandna tant u tant talenti mill-aqwa.
Ilbieraħ f'episodju ta' Brillanti rajna lil Maxine, wiċċ familjari għal bosta. Uħud minnkom jiftakruha bħala Giorgia Borg li kienet kisbet il-famuż Golden Buzzer fi Britain's Got Talent grazzi għal Alesha Dixon. Hi kienet kantant il-kanzunetta 10 u kien għad għandha biss għaxar snin.
Għaddew sitt snin minn dak l-episodju. Rajnieha wkoll tasal fis-semifinali ta' The Voice Kids u għalkemm wara dak l-episodju ma tantx smajna ħafna biha, il-kantanta lokali baqgħet issaħħaħ il-vuċi tagħha u tieħu sehem f'avveniment żgħar.
Hi ħadet id-deċiżjoni artistika li tibdel isimha għal Maxine, Max fil-qasir u għamlet ir-ritorn tagħha fix-xena lokali permezz ta' Brillanti Singers fejn interpretat is-silta Listen oriġinarjament kanzunetta ta' Beyonce.
Smajna l-wirja tagħha u bqajna bla kliem. Ir-reazzjoni tal-ġurija kienet waħda simili. Kważi għamlet l-impossibbli, filwaqt li żammet kontroll assolut. B'determinazzjoni liema bħalha Maxine uriet li lesta biex timpressjona u tħalli l-marka tagħha f'din l-industrija.
Facebook / Max Borg