Matthew wasal tard għal Ħadd Għalik. Immaġina, it-tim tal-produzzjoni lest biex jibda u wieħed mill-parteċipanti għadu ma wasalx. Minħabba restrizzjonijiet ta' ħin, il-programm kellu jibda mingħajr Matthew li kien wieħed mill-mistiedna jilgħab fuq in-naħa ta' dawk b'isem komuni.

Matthew jidher li wasal xi kwarta tard iżda kellu raġuni għaliex wasal tard. Angie tistaqsih x'ġara eżatt u Matthew iwieġeb iżda jidher li t-tweġiba tiegħu ma tantx niżżlitilha lil Angie, donnha ma emmnitux. Araw x'qalilha! Ngħiduha kif inhi, kif ħa taraw intom ma tantx nagħtuha tort lil Angie!

Dan Matthew imma verament jivvintahom! Dejjem b'xi waħda ġdida imma b'hekk it-telespettaturi jħobbuh ukoll! Biex inkunu għadna kollox!

Facebook / Matthew Sant Sultana


Emil Calleja Bayliss