Mary Spiteri lura quddiem udjenza bi prestazzjoni tal-kanzunetta ta' Ġensna! Fil-fatt il-kantanta veterana u maħbuba minn kulħadd, tidher f'filmat miġbud minn Miriam Gardner minn MTLATV tkanta waqt avveniment li saret ġewwa Michelangelo Cafe Lounge.
L-interazzjoni ta' Mary ma' dawk li attendew kienet waħda mill-isbaħ hekk kif uriet li qed tkanta mill-qalb. Dawk preżenti kellhom reazzjonijiet mill-aqwa hekk kif bdiet l-ewwel noti u tista' tgħid li kienet prestazzjoni li ser tibqa' fil-memorja ta' kull min kien hemm. Kif wieħed jista' jara minħabba r-restrizzjonijiet Mary kantat minn distanza u kienet anke fil-għoli lil'hinn minn dawk preżenti.