Mark Mamo Parnis spiss itella' filmati jimita lil xi personalitajiet Maltina, iżda l-aktar waħda li tmur tajjeb u li n-nies jieħdu gost biha hija Eileen Montesin.
Fil-filmat li jtella' fuq Tik Tok, Mark, jidher jimita lil Eileen perfettament!
Żgur li Eileen ma tiħux għaliha anzi tieħu gost għaliex hija mara pożittiva u taf tiċċajta. B'hekk tibqa' maħbuba dejjem!
Mark huwa stilista tax-xagħar u jtella' dawn il-filmati dejjem bl-iskop li jferraħ in-nies!
Qaxxartha Mark. Ibqa' agħmilhom!
Ritratt: Facebook/ Mark Mamo Parnis