Waqt il-programm Mustaċċuni, il-kantanta u preżentatriċi Marilena Gauci kienet ser tgħaxxaqha! L-isfida li kienet qed tagħmel ma' l-attur u preżentatur Jamie Cardona kienet li jkantaw mal-kanzunetta It-Tieġ Tan-Neputija, però bil-kliem nieqes li riedu jibdlu skont l-ideat tagħhom. 

Jidher li kienu għaddejjin ġmielhom, fejn Jamie daħħal xi kelma l'hawn u l'hemm li tagħmel sens, u Marilena anke semmiet personalitajiet magħrufa fosthom il-Kapxi. L-agħar parti kienet x'ħin waslet biex tqabbel kelma mal-isem tal-Kapxi... għal ftit ma żelqitilhiex kelma li ma riditx tgħid! 

Araw ftit fil-filmat... għal naqra Marilena ħi!


Gwida.mt