Bil-Filmat: Marija Bellia Tfisser Kull Kelma F'Kanzunetta Oriġinali Dwar L-Imħabba Ta' Ħajjitha

Il-kantanta Marija Bellia kienet fost il-kantanti li rajna l-awdizzjoni tagħha lbieraħ. Fil-fatt waqt l-intervista tal-bidu Marija tkellmet dwar il-bidla f’ħajjitha kemm fuq livell personali kif ukoll artistiku minn meta ħadet sehem 4 snin ilu fit-tieni staġun ta’ X Factor Malta.

Marija tgħid li minn dak iż-żmien l’hawn anke qiegħda f’relazzjoni li fortunatament sejra tajjeb immens u li tant hi kuntenta biha. Tant hu hekk li għall-awdizzjoni interpretat kanzunetta oriġinali għall-imħabba ta’ ħajjitha. 

Kif qalet hi stess fl-intervista, setgħet tfisser kull kelma li tkanta f’din il-kanzunetta, u hekk hu, hekk ġara. Marija kantat b’passjoni kbira u tat interpretazzjoni onesta tal-kanzunetta tagħha bil-lingwa Maltija. Tagħna T-Tnejn

Hi rċeviet erba’ IVA u għaddiet għall-fażi li jmiss. Segwi l-awdizzjoni ta’ Marija hawn taħt:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI