Nicholas John Borg Bonaci jgħoddha b'waħda għaliex skond hu dejjem lilu jiġru affarijiet bħal dawn. Dan hekk kif kienu telgħin bil-hot air balloon lejn is-smewwiet u weħlu ġos-siġar.

Nicholas jidher li jibża' ftit mill-għoli u f'ħin minnhom jgħid li 'spiċċalha l-gass' u li żgur mhux se jerġa' jirkeb oħra. Waqt li qed jitkellem Nicholas, il-ħoss tal-arja tal-hot air balloon jaħsdu!

Mhux l-istess qalet Diana; parteċipanta oħra fil-programm Hazzard li għaliha kien 'a nice breakfast this morning'.

Tajba Nicholas! Hemm xi dawra bil-hot air balloon jew?!

Ritratti: Hazzard/ Facebook


Clifford Galea